L-Ambaxxata ta’ Malta f'Washington ċċelebrat Jum l-Ewropa fid-9 ta’ Mejju bil-ftuħ tal-bibien tagħha għall-pubbliku bħala parti mill-avveniment ‘EU Open House’. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-Ambaxxati ta’ 28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti saru jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku f’Washington matul dan l-avveniment annwali li sar il-qofol tal-kalendarju kulturali ta’ Mejju f’din il-belt. Matul dan il-jum, il-pubbliku jiġi offrut ħarsa rari ġewwa l-bini ta’ dawn l-Ambaxxati u jiġi pprovdut opportunità unika sabiex jesperjenza il-wirt kulturali u t-tradizzjonijiet nazzjonali ta’ dawn il-pajjiżi.
Aktar minn 1,000 viżitaturi esperjenzaw l-ospitalità Maltija hekk kif kienu milqugħa fl-Ambaxxata Maltija b'togħma ta’ qagħaq tal-ġunġlien, torta tat-tamal u rinfreski. L-istaff tal-Ambaxxata wieġeb mistoqsijiet dwar l-istorja, l-lingwa, l-kultura, l-ekonomija u l-ħajja f’Malta filwaqt li qassmu materjal promozzjonali dwar Malta. Videos tal-ħafna attrazzjonijiet u pajsaġġi xeniċi f’Malta ġew murija matul il-ġurnata. Filwaqt li xi wħud minn dawk li żaru l-Ambaxxata kienu diġà żaru l-Gżejjer Maltin, oħrajn kienu ħerqana biex jesperjenzaw Malta għall-ewwel darba u fittxew l-informazzjoni dwar il-vjaġ lejn Malta u attrazjonijiet turistiċi.
Matul il-jum, ċ-Ċentru ta’ Studju Malti fi ħdan il-Mużew u Librerija tal-Manuskritti Hill, nieda wirja dwar l-istorja ta' l-arkivji Maltin u l-ħidma għall-preservazzjoni tagħhom li qiegħda titwettaq miċ-Ċentru ta’ Studju Malti. Il-wirja kienet tinkludi diversi panels illustrati li jiddeskrivu l-wirt arkivjali għani ta' Malta, li jinkludi r-repożitorji ewlenin fosthom dawk ta' l-Arkivji tal-Katidral, l-Arkivji Nazzjonali, l-Arkivji Nutarili, l-Arkivji ta' l-Ordni ta' Malta li jinstabu fil-Librerija Nazzjonali, u l-Arkivji Olof Gollcher fil-Mużew tad-Dar Storika, Palazzo Falson.
Dan l-avveniment offra liċ-Ċentru ta’ Studju Malti opportunità unika biex jenfasizza l-istorja manuskritt rikka ta' Malta u l-arkivji tagħha lill-membri ta' l-UE u l-viżitaturi mill-Istati Uniti fl-ambaxxata bħala preparazzjoni għall-2018 meta l-Belt Valletta sejra tkun il-Kapitali Kulturali tal-Ewropa.