Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrarpriżi Żgħar Dr Chris Cardona attenda għal laqgħa informali tal-Ministri tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea, li saret f’Ruma, li trattat il-fehim Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP), ir-relazzjonijiet mar-Russja u l-Ukrajna u l-Politika Kummerċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Cardona qal li Malta hija favur li l-Kummissjoni Ewropea tkompli bin-negozjati tagħha għal ftehim Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment. Dan għaliex huwa mistenni li ftehim ta’ dan it-tip ikollu l-potenzjal li jtejjeb il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Istati Uniti u għalhekk jistimula tkabbir ekonomiku fiż-żewġ reġjuni.
Fl-istess waqt, il-Ministru Cardona, qal li Malta hija mħassba bin-nuqqas ta’ aċċessibbiltà li hemm għal dokumenti tal-Istati Uniti li huma importanti biex issir analisi sew tad-diskussjonijiet, kif ukoll dwar il-pożizzjoni li qed tieħu l-Istati Uniti fis-settur marittimu, fl-avjazzjoni u l-gaming.
Dwar is-settur Marittimu, il-Ministru Cardona tkellem fuq il-ħtieġa li l-ftehim jistabilixxi numru ta’ obbligi bejn iż-żewġ partijiet, għaliex fis-sitwazzjoni li qegħdin fiha l-operaturi mill-Unjoni Ewropea għandhom aċċess limitat għas-swieq fl-Istati Uniti.
Dr Chris Cardona qal ukoll li Malta tixtieq tara progress fis-setturi tas-servizzi tat-trasport internazzjonali u fid-diskussjonijiet dwar l-aspett regolatorju tas-servizzi finanzjarji għaliex iż-żewġ oqsma huma importanti għall-ekonomji tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti.